Ħarsien tal-bijodiversità f’Malta permezz tal-programm Ark of Taste ta’ Slow Food

Żewġ prodotti ġodda jimbarkaw fuq l-Arka permezz tal-proġett MEDSNAIL

Ftit ilu, Malta daħlet fl-ewwel post fid-dinja għall-ogħla livell ta’ fraġilità tal-bijodiversità u l-ekosistemi tagħha. L-indiċi tas-Servizzi tal-Bijodiversità u tal-Ekosistemi (BES), imniedi mill-Istitut Swiss Re, saħaq li mija fil-mija tal-ekosistemi ta’ Malta jistgħu jitqiesu bħala fraġli. Din il-bijodiversità tinkludi wkoll il-bijodiversità tal-ikel li, għalkemm spiss tkun minsija, hija l-bażi ta’ ħafna ekosistemi.

Mis-snin disgħin lil hawn, 75% tal-varjetajiet tar-raba’ agrikoli għebu, filwaqt li tliet kwarti tal-ikel tad-dinja ġej minn 12-il speċi ta’ pjanti u ħames speċi ta’ annimali biss. U dan it-telf għandu konsegwenzi diretti fuq l-ikel li nieklu. Minn madwar 30,000 speċi naturali li jittieklu, 30 speċi bejniethom ilaħħqu mal-95% tal-ħtiġijiet tal-ikel tad-dinja kollha. Minn dawn it-30, il-qamħ, ir-ross u l-qamħirrun jipprovdu aktar minn 60% tal-kaloriji kkunsmati madwar id-dinja.

L-imsieħba tal-proġett MedSNAIL għalhekk qed jisħqu li għandna nreġġgħu lura din it-tendenza billi nħarsu l-wirt enormi tal-bijodiversità li għad għandna.

Għaldaqstant, Ark of Taste ta’ Slow Food qed tilqa’ abbord żewġ passiġġieri ġodda. Mas-7 prodotti Maltin li diġà kienu abbord, qed jingħaqdu l-melħ artiġjanali ta’ Għawdex u l-ilma żahar.

L-istorja tas-Salini Artiġjanali t’Għawdex tmur lura għal żmien il-Feniċi. Is-salini tax-Xwejni huma wieħed mill-eqdem siti fejn matul is-snin inqatgħu bl-idejn il-baċiri u l-kanali fuq ix-xatt fil-qiegħa ċatta tal-ġebla tal-franka. Illum għad baqa’ biss żewġ familji jaħdmu s-salini tax-Xwejni, fejn is-sengħa baqgħet tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-ħarsien ta’ dan il-prodott m’huwiex biss ta’ interess gastronomiku, u dan għax is-salini huma wkoll ekosistema sħiħa. Il-kosta tat-tramuntana ta’ Għawdex miżgħuda b’firxa ta’ salini qishom kaxxa ma’ kaxxa maqtugħin fil-blat u bħal jisporġu għal ġol-baħar. Salini li għandhom 350 sena u jifirxu matul 3 km ta’ kosta, u li m’humiex biss sbieħ fil-għajn, imma huma magħġunin sewwa ma’ sekli sħaħ ta’ drawwiet Għawdxin marbuta max-xogħol tal-melħ tal-baħar.

L-Ilma Żahar huwa distillat magħmul mill-weraq u l-blanzuni tas-siġar tal-larinġ morr jew larinġ tal-bakkaljaw. Din is-sengħa ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena fir-raħal tax-Xagħra. Fl-imgħoddi kien hemm aktar minn 10 jaħdmu l-ilma żahar, imma llum il-ġurnata fadal wieħed biss li għadu għaddej b’din is-sengħa skont it-tradizzjoni u fuq skala żgħira. Dan ix-xogħol tad-distillar tal-ilma żahar huwa kkumplikat u jieħu ħafna ħin. Minbarra dan, jeħtieġ ukoll għodod tradizzjonali u kwantitajiet kbar ta’ materja prima. Minn erba’ libri (1.8kg) ta’ fjur tal-larinġ toħroġ żewġ pinet (0.95L) ilma żahar pur. Dan l-ilma żahar jintuża għal skopijiet terapewtiċi u bħala tip ta’ diġestiv li jqiegħed l-istonku f’postu. Jintuża wkoll f’ħafna tipi ta’ ħelu u gallettini, u kien jitferrex fuq il-qagħaq taz-zokkor hekk kif joħorġu jaħarqu mill-forn. Ftit qtar ilma żahar u ftit imsiemer tal-qronfol mitħun imorru tajjeb ħafna ma’ kikkra kafè iswed, tradizzjoni li ġejja mill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani.

Ħafna huma l-istejjer, kif ukoll għana bla qies, li huma mistura fi ħdan il-bijodiversità tat-tradizzjonijiet. Huwa kruċjali li nsalvawha, imma għad fadal ħafna xi jsir. Kien għalhekk li ħsibna f’dan l-għan ambizzjuż: li ngħarrxu f’kull rokna tal-pjaneta għal eluf ta’ prodotti, u li nilqgħuhom fuq l-Arka.

Ark of Taste ta’ Slow Food qed iddur id-dinja biex tiġbor tagħrif fuq metodi ta’ produzzjoni ta’ kwalità u fuq skala żgħira li jappartjenu lill-kulturi, lill-istorja u lit-tradizzjonijiet tal-pjaneta kollha. L-Ark of Taste ixxandar l-eżistenza ta’ dawn il-prodotti, tfakkar fir-riskju li fi żmien ftit ġenerazzjonijiet dawn l-istess prodotti jistgħu jisparixxu għal kollox, u tistieden lil kulħadd jagħti sehmu biex iħarishom.

L-għan tal proġett MedSNAIL (Sustainable Networks for Agro-food Innovation Leading in the Mediterranean) huwa li jindirizza dawn il-problemi billi jsaħħaħ il-kummerċ ta’ prodotti tal-ikel li jitkabbru b’mod tradizzjonali u fuq skala żgħira, biex b’hekk jitjieb il-potenzjal tas-suq u s-sostenibbiltà soċjo-ambjentali. L-attivitajiet tal-proġett huma bbażati fuq l-esperjenza, il-prinċipji u l-metodi ta’ Slow Food. Din hija organizzazzjoni internazzjonali favur l-ikel tradizzjonali li tiffoka fuq il-preservazzjoni tal-bijodiversità u r-rispett tal-art u tal-kultura lokali.

Innomina prodott hawnhekk https://www.fondazioneslowfood.com/en/what-we-do/the-ark-of-taste/nominations-from-around-the-world/nominate-a-product/

Għal aktar tagħrif dwar il-prodotti Ark of Taste bis-saħħa tal-proġett MedSNAIL ikklikkja hawn

MedSNAIL, Sustainable Networks for Agro-food Innovation Leading in the Mediterranean, huwa proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Programm ENI CBC Med u mwettaq bi sħab mal-Federazzjoni Andalusa tal-Muniċipalitajiet u l-Provinċji (Spanja), il-Fondazzjoni Slow Food għall-Bijodiversità (l-Italja), l-Università Amerikana ta’ Bejrut (il-Libanu), is-Soċjetà tal-Iżvilupp tan-Nisa Rurali – RWDS (il-Palestina), l-Università ta’ Sfax (it-Tuneżija), il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (Malta), u Nisa għall-Iżvilupp Kulturali (Namaa) (il-Ġordan).

Scroll to Top